TNIĠĠIS
ŻERO

biex in-nies u l-pjaneta jkunu aktar b'saħħithom

31 ta’ Mejju

Avveniment ta’ Ftuħ, Lahti — il-Finlandja

Parteċipanti

1–4 ta’ Ġunju

Konferenza ta’ Livell Għoli, Virtwali

Parteċipanti

3 ta’ Mejju–13 ta’ Ġunju

Avvenimenti tas-Sħab madwar l-Ewropa

Parteċipanti

It-tniġġis jaffettwa lil kulħadd — permezz tal-arja li nieħdu n-nifs minnha, l-ilma li nixorbu jew l-art li nkabbru l-ikel tagħna fuqha. Dan huwa l-akbar kawża ambjentali ta’ numru ta’ mard mentali u fiżiku, u ta’ mwiet prematuri, speċjalment fost it-tfal, persuni b’ċerti kundizzjonijiet mediċi u l-anzjani. Iżda t-tniġġis ma jaffettwax lil kulħadd bl-istess mod. Il-persuni li jgħixu f’żoni aktar żvantaġġati ħafna drabi jgħixu qrib siti kkontaminati jew f’żoni fejn hemm fluss għoli ħafna ta’ traffiku. It-tniġġis huwa wkoll waħda mir-raġunijiet ewlenin għat-telfien tal-bijodiversità. Dan inaqqas il-kapaċità tal-ekosistemi li jipprovdu servizzi bħal sekwestru tal-karbonju u dekontaminazzjoni.

Iżda dan jista’ jiġi evitat. Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE lejn Ambizzjoni ta’ Tniġġis Żero huwa azzjoni ewlenija tal-Patt Ekoloġiku Ewropew skedat għar-rebbiegħa tal-2021. Dan se jgħin biex jinħoloq ambjent ħieles mis-sustanzi tossiċi madwar l-UE permezz ta’ monitoraġġ u rappurtar aħjar, u billi jiġi evitat u rimedjat it-tniġġis mill-arja, mill-ilma, mill-ħamrija u mill-prodotti għall-konsumatur.
Dan se jappoġġa wkoll l-irkupru għal wara l-COVID 19 billi jgħin biex tinbena mill-ġdid ekonomija tal-UE aktar sostenibbli, jinħolqu opportunitajiet ta’ impjiegi u jitnaqqsu l-inugwaljanzi soċjali. Il-Ġimgħa Ekoloġika Ewropea tal-2021 se tkun iddedikata għall-“ambizzjoni ta’ tniġġis żero”. Din se tħares ukoll lejn inizjattivi rilevanti oħra tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, bħall-inizjattivi dwar il-klima, l-Istrateġija li ġejja dwar is-Sustanzi Kimiċi, kif ukoll inizjattivi fil-qasam tal-enerġija, l-industrija, il-mobilità, l-agrikoltura, is-sajd, is-saħħa u l-bijodiversità.

Il-Ġimgħa Ekoloġika tal-UE tal-2021 se tkun opportunità biex ninvolvu lill-partijiet ikkonċernati u liċ-ċittadini interessati kollha dwar kif nistgħu naħdmu flimkien biex l-ambizzjoni għal ambjent ta’ tniġġis żero u ħieles mis-sustanzi tossiċi ssir realtà.

 

Għandek xi mistoqsijiet?
Ikteb lil ENV-GREENWEEK@ec.europa.eu

Air
Main poster
Water
Soil